Parti mis-sensiela “Tikka” għall-Malti fil-primarja Sensiela ġdida għall-qari bil-Malti, imfassla tematikament u torbot ma’ Tikka Malti. Is-sensiela kollha hi miġbura f’livelli differenti, ilkoll gradati skont kriterji ċari u utli għall-għalliema. Il-familja u l-kuluri, il-ġugarelli u l-annimali, mid-dinja għal fuq il-qamar u l-vaganzi ħdejn il-baħar … dawn huma ftit mit-temi li t-tfal tal-ewwel u t-tieni sena tal-Primarja se jiltaqgħhu magħhom f’Tikka Poeżija 1-2. Ktieb mimli avventuri miktubin kollha minn awturi differenti.