Niktbu Bil-Maghqud Ahseb U Tghallem

4.25

Quantity:

Niktbu bil-Magħqud huwa l-aħħar pubblikazzjoni mis-sensiela Aħseb u Tgħallem/Think and Learn. Dan qiegħed isir biex ngħarrfuk li dan il-ktieb tant bżonjuż għall-istudenti tal-lum, issa jinsab għall-bejgħ, aġġornat u addattat għat-tagħlim xieraq tal-kitba bil-magħqud bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.

Huwa tajjeb li wieħed jinnota l-attenzjoni li ngħatat lil kull ittra individwali, sabiex din tirrappreżenta l-ittra kif tinsab miktuba fil-mezzi ta’ komunikazzjoni bħall-gazzetti u l-kompjuter. B’hekk l-istudent jassoċja dak li jikteb ma’ dak li jara fid-dinja ta’ kuljum.

F’dan il-ktieb, kull ittra hi ppreżentata bil-mod kif tidher fil-kitba bil-magħqud fil-paġni ta’ wara tal-kotba WayAhead Practice Book li qed jiġu użati fl-iskejjel primarji tal-Gvern. Inħossu li dan il-ktieb qed joffri
l-bidla meħtieġa fil-kitba bil-magħqud biex il-kitba tat-tfal tkun konformi mad-dinja teknoloġika tal-lum.

Qabel ġie ppubblikat dan il-ktieb intalbu diversi pariri mingħand nies esperti fil-qasam tal-kitba u minn nies imħarrġa fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni.