Dan il-ktieb ukoll huwa grammatika f’kuntest bil-għan li jgħinek u jiggwidak tkopri s-sillabu tal-ħames klassi. F’kull lezzjoni t-tfal ikollhom silta miktuba mill-awturi u eżattament wara hemm sezzjoni għad-diskussjonijiet u riflessjonijiet, li l-iskop tagħha hu li twassal lill-istudenti għas-suġġett grammatikali u fl-istess waqt tgħin lill-istudenti jitgħallmu jesprimu ruħhom bla tlaqliq. Wara jkollhom it-taħriġ; li huwa varju u kreattiv! Wara kull lezzjoni hemm sezzjoni msemmija awtoassessjar fejn it-tfal jirriflettu ftit fuq il-fatti grammatikali li għaddew. Eżattament wara, hemm taħriġ supplimentari (sentenzi, ittra, taqbila, komponimenti, eċċ) li jgħinhom jesprimu ruħhom bil-miktub fit-tul. Fl-aħħar ta’ kull lezzjoni hemm attività li l-iskop tagħha hu li l-istudenti jkabbru l-istima tagħhom infushom u jitgħallmu l-iskop wara ċertu affarijiet li jsiru fl-iskola u fil-ħajja ta’kuljum! Barra minn hekk wara kull topik hemm mappa tat-tagħlim li permezz tagħha l-istudenti jagħmlu reviżjoni ta’ dak li jkunu studjaw f’diversi lezzjonijiet sempliċiment billi jagħtu daqqa t’għajn lejn din il-mappa! Dan il-ktieb hu miktub minn żewġ għalliema li ggradwaw fil-Malti. Magħhom kien hemm tim ta’ għalliema oħra minn diversi skejjel primarji u studenti tal-primarja li għenu lill-awuri jippefezzjonaw il-ktieb.
Fih jinkludi:
- reviżjoni tas-sillabu tar-raba’ klassi tal-primarja;
- is-sillabu kollu tal-ħames klassi tal-primarja;
- noti tal-grammatika;
- eżerċizzji varji ta’ livelli differenti;
- tliet taħriġ il-fehem u tliet fehim mis-smigħ;
- sistema t’awtoassessjar li tgħin lill-istudenti u tara għadhomx jiftakru dak li għaddew;
- stampi kkuluriti li jgħinu lill-istudenti u jagħtuhom gost;
- mind maps biex jgħinu lill-istudenti fil-kitba tal-komponimenti;
- mind maps biex jgħinu lill-istudenti jagħmlu reviżjoni tat-topiks grammatikali.
- simboli li viżwqalment jispjegaw lill-istudenti x’mistenni minnhom fl-eżerċizzji;
- kitba aġġornata skont l-aħħar regolamenti tal-ortografija.